Arkivji tal-Kategorija: Aħbarijiet

Ktejjeb tal-vawċers għall-membri ta’ Fondazzjoni Sagħtar

Għeżież membri ta’ Fondazzjoni Sagħtar, Il-Fondazzjoni għandha l-pjaċir twasslilkom dan il-ktejjeb bil-vawċers, permezz tal-Malta Union of Teachers u Calypso Radio 101.8. Il-ktejjeb, li jismu “€10,000 in Vouchers”, huwa kollaborazzjoni bejn Calypso Radio 101.8 u numru ta’ sponsors. Għandna numru limitat minnhom u għalhekk min jixtieq ktejjeb irid jaħseb biex jilħaq wieħed. Il-ktejjeb tiġbruh mill-uffiċċji tal-MUT […]

Is-“Sagħtar” reġa’ magħna!

Idħol HAWN biex taċċessa l-edizzjoni l-ġdida tas-“Sagħtar”! (Kemm tirreġistra u tkun ċert li logged in). Ilna nistennewh u fl-aħħar wasal! L-ewwel ħarġa tar-rivista “Sagħtar” maħruġa mill-Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT, dik t’Ottubru 2020, għadha kif ittellgħet fis-sit saghtar.org.mt. Did-darba se tkun rivista diġitali, li tista’ taqraha meta trid minn fuq kompjuter, mobile jew tablet, u […]

Is-“Sagħtar” se jerġa’ jibda joħroġ dalwaqt!

Ilna nistennewh u fl-aħħar wasal! Kif tħabbar diġà fuq il-mezzi tax-xandir, is-Sagħtar qed jerġa’ jkun ippubblikat. L-ewwel ħarġa għandha tkun f’idejk f’dawn il-ġranet, u jibqa’ joħroġ kull xahar matul is-sena skolastika sa Mejju 2021. Did-darba se jkun magażin diġitali, li tista’ taqrah meta trid minn fuq kompjuter, mobile jew tablet, u se jinkludi materjal varjat, […]

L-edizzjonijiet passati u siltiet moqrija mis-“Sagħtar” imtellgħin f’dan is-sit

F’dan is-sit issib skennjati l-edizzjonijiet passati kollha tar-rivista Sagħtar mill-1971 sal-2015! Biex taċċessahom mur fuq Żona tal-Membri u mil-lista li tidher, agħżel id-deċennju li trid u agħfas fuqu biex imbagħad tagħżel l-edizzjoni li trid. Mill-istess lista tista’ tagħfas ukoll fuq Siltiet mis-“Sagħtar” biex tisma’ xi silta minn xi edizzjoni passata tinqara. Il-qari u s-smigħ it-tajjeb!

Titnieda Fondazzjoni Sagħtar

3 ta’ Ġunju 2020 – Il-Malta Union of Teachers nediet fi ħdanha l-Fondazzjoni Sagħtar. L-għan ta’ din il-Fondazzjoni hu li permezz tagħha l-MUT taqdi l-irwol doppju tagħha, bħala entità trejdjunjonistika u professjonali. Il-Fondazzjoni se taħdem biex tissaħħaħ il-professjoni edukattiva billi toffri taħriġ u materjal edukattiv lill-edukaturi u l-istudenti, torganizza korsijiet u lekċers minn żmien għal […]

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.