Arkivji tal-Kategorija: Aħbarijiet

Fondazzjoni Sagħtar tippubblika “Sagħtarin”

Fondazzjoni Sagħtar bi pjaċir tħabbar proġett ġdid fis-sensiela ta’ inizjattivi għal aktar qari bil-Malti: il-pubblikazzjoni ta’ Sagħtarin. Sagħtarin huwa ktejjeb bil-Malti maħsub għat-tfal tas-snin bikrin tal-iskola primarja, mimli attivitajiet, logħob, tpinġija, gost u tagħlim għaż-żgħar. Din hija l-ewwel ħarġa, bil-ħsieb li l-pubblikazzjoni ssir sensiela Is-Sa Elaine Germani, Chairperson ta’ Fondazzjoni Sagħtar, qalet li “wara r-rispons […]

Fondazzjoni Sagħtar fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022

Aħna hawn, lesti biex mil-lum sal-Ħadd li ġej niltaqgħu magħkom fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li qed isir fl-MFCC ġewwa Ta’ Qali. Minbarra s-“Sagħtar” u l-pubblikazzjonijiet l-oħra ssibu tliet pubblikazzjonijiet ġodda:– il-ktieb tal-komiks imsejjaħ “L-Għalliema u l-Istudenti tal-Kulleġġ San Xi Ħadd” ta’ Dean Fenech;– il-ktieb “Stejjer tal-Waħ… Waħ… Waħx” ta’ Trevor Żahra u Nadine Debattista Briffa;– u […]

Fondazzjoni Sagħtar bi ktieb ġdid tal-komiks!

Bi pjaċir inħabbru pubblikazzjoni ġdida ta’ Fondazzjoni Sagħtar! “L-Għalliema u l-Istudenti tal-Kulleġġ San Xi Ħadd” hu ktieb tal-komiks miktub u mpenġi minn Dean Fenech. L-iskola tista’ tkun post ta’ tagħlim, xogħol iebes u dixxiplina, iżda tista’ tkun ukoll post ta’ divertiment u ħafna daħk… mhux biss għall-istudenti iżda wkoll għall-għalliema. U hekk ħa ssibu fil-Kulleġġ […]

Sagħtar 371 – Ottubru 2022

L-għadd ta’ Ottubru magħna wkoll! Din is-sena żidna l-kontenut u l-paġni, li huma mimlija bi stejjer ġodda, logħob, kompetizzjonijiet, ċajt, artikli informattivi u ħafna aktar! Infakkrukom li tistgħu takkwistaw kopja stampata ta’ din l-edizzjoni, jew tagħmlu abbonament għas-sena skolastika kollha minn Ottubru 2022 sa Mejju 2023 (tmien edizzjonijiet). Infakkrukom ukoll fl-offerta għall-iskejjel, li tibqa’ valida […]

Tintemm l-esperjenza ta’ SkolaSajf

Għadda Awwissu u miegħu ntemmet l-esperjenza ta’ SkolaSajf għal din is-sena wkoll. Fondazzjoni Sagħtar hija sodisfatta bil-parteċipazzjoni tagħha u tirringrazzja lil kull min kien involut biex kienet suċċess. B’mod speċjali l-Fondazzjoni tirringrazzja lill-istudenti li ppartċeipaw bi ħġarhom fl-attivitajiet organizzati minnha u ħadu sehem fil-kompetizzjoni biex jirbħu abbonament fis-Sagħtar għas-sena skolastika li jmiss. Il-qari t-tajjeb!

Sagħtar: l-abbonament bi prezz imraħħas estiż sal-aħħar ta’ Settembru

B’apprezzament kbir għall-interess tagħkom il-qarrejja, Fondazzjoni Sagħtar bi pjaċir tħabbar li l-offerta tar-rivista Sagħtar għas-sena skolastika 2022-2023, għall-prezz imraħħas ta’ €25 minflok €30, ġiet estiża sat-30 ta’ Settembru. Idħol saghtar.org.mt/hanut biex tagħmel l-ordni tiegħek. Il-qari t-tajjeb!

Fondazzjoni Sagħtar tipparteċipa fi Skolasajf

Bi pjaċir inħabbru li Fondazzjoni Sagħtar bħalissa qiegħda tipparteċipa fi Skolasajf, fejn qed isiru numru ta’ attivitajiet relatati mal-qari bil-Malti. Fost dawn hemm poeżija, li bħala parti mill-attività tinkludi kompetizzjoni bi premju, u anki logħba bil-kliem (fittiexa – wordsearch). Inħeġġu lit-tfal jipparteċipaw bi ħġarhom fl-attivitajiet li torganizza Fondazzjoni Sagħtar u fit-tagħlim tal-Malti!

Sagħtar 370 – Sajf 2022

Is-sajf riesaq bil-mod, imma s-Sagħtar tas-sajf qiegħed magħna! Fih naqraw dwar il-ġelati, iktar video games, kurżitajiet, ċajt, komiks u informazzjoni, u naraw kif spiċċat l-avventura tat-tfajliet f’Għar is-Sriep. U Frazer… se jiġi lura fid-dinja tagħna? Ħudu gost b’din l-edizzjoni, li fiha wkoll xejn inqas minn 6 kompetizzjonijiet! Is-sajf it-tajjeb! Akkwistaw kopja minn saghtar.org.mt/hanut/ jew idħlu […]

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.