Arkivji tal-Kategorija: Skejjel

Is-Sagħtar fl-iskejjel

Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li ftit ftit is-Sagħtar qed jerġa’ jikseb il-popolarità li kellu qabel. Eluf ta’ individwi u entitajiet irreġistraw fis-sit ta’ Fondazzjoni Sagħtar u jaċċessawh online, filwaqt li mijiet ta’ individwi u gruppi għażlu wkoll li jabbonaw biex jirċievu l-verżjoni stampata. Il-magażin qiegħed ikun offrut lill-iskejjel u gruppi oħra bi prezz imraħħas permezz tal-Offerta 10+ u xi skejjel diġà abbonaw u qed jibda jitwasslilhom is-Sagħtar l-iskola stess bħala grupp. Fondazzjoni Sagħtar tapprezza dan is-sapport kontinwu u twiegħed ħafna iktar edizzjonijiet interessanti u sbieħ ta’ dan il-magażin tant maħbub mal-Maltin.

Offerta 10+ (skejjel u gruppi) – Sagħtar 2021-2022

Fondazzjoni Sagħtar qiegħda tagħmel offerta ideali għall-iskejjel u gruppi oħra, li jekk jagħmlu għaxar abbonamenti jew aktar għal tmien kopji stampati tal-magażin Sagħtar, minn Ottubru 2021 sa Mejju 2022, jingħatawlhom għall-prezz imraħħas ta’ €20 minflok €25 għal kull abbonament. Il-minimu biex wieħed jibbenefika minn din l-offerta huwa 10 abbonamenti jew aktar f’ordni waħda. Barra minn hekk, il-magażins jitwasslu b’xejn f’indirizz wieħed f’Malta jew Għawdex għal kull ordni.

Sagħtar – SkolaSajf 2021

Matul is-sajf, minn wara l-aħħar ħarġa tas-Sagħtar tas-sena skolastika li għaddiet, ix-xogħol ma waqafx. Fil-fatt Fondazzjoni Sagħtar għamlet sensiela ta’ laqgħat online qosra mat-tfal li attendew SkolaSajf f’ċentri differenti f’Malta biex tintroduċihom mar-rivista u tħeġġiġhom jaċċessawha u jaqrawha u jieħdu gost biha. Fil-laqgħat intużat l-istorja popolari ta’ Lawra d-Dinosawra u t-tfal ngħataw l-opportunità li jibagħtu tpinġija ta’ Lawra u jieħdu sehem f’kompetizzjoni biċ-ċans li jirbħu abbonament għal sena għas-Sagħtar stampat 2021-2022. Ir-rebbieħa qed ikunu kkuntattjati f’dawn il-ġranet.

Ir-Riċerkaturi tal-Iskola Primarja f’Ta’ Sannat u l-iSpecial Unit

Fil-klassi tas-sitt sena tal-Iskola Primarja f’Ta’ Sannat, fi ħdan il-Kulleġġ t’Għawdex, ilu s-snin jintuża mudell ta’ tagħlim li bih tkompli titkebbes il-fjamma tal-kurżità għat-tagħlim fl-istudenti. Permezz ta’ sit online maħluq mill-għalliem, l-istudenti jidħlu fiż-żarbun tar-riċerkaturi u jagħmlu riċerka qasira u sigrieta fuq temi marbuta mal-ġografija, mal-istorja u mal-bijodiversità. Meta r-riċerka tkun lesta l-għalliem itellagħha fis-sit tal-klassi […]

Konferenza dwar Fake News mill-iskola Mater Boni Consilii, St Joseph, Paola

Il-Ġimgħa, 27 ta’ Novembru 2020 ġiet organizzata konferenza bit-tema ta’ kif l-istudenti jagħrfu jekk aħbar hix awtentika jew fittizja. Din il-konferenza ġiet organizzata mill-iskola Mater Boni Consilii, St Joseph, Paola u l-NGO Finlandiża Faktabaari. Iktar minn 150 parteċipant ħadu sehem f’din il-konferenza, li kienu jinkludu edukaturi, letturi tal-Università ta’ Malta u l-MCAST, ġurnalisti u studenti […]

Laqgħa virtwali ma’ Trevor Zahra fl-iskola San Andrea

Nhar l-1 ta’ Diċembru 2020 l-istudenti tat-8 sena fl-iskola San Andrea kellhom iċ-ċans li jiltaqgħu b’mod virtwali ma’ Trevor Zahra. Waqt il-laqgħa l-kittieb qasam l-esperjenza tiegħu tal-kitba u rrakkomanda kotba interessanti li kiteb, addattati għall-età tagħhom. Uħud mill-kotba li wera mil-librerija personali tiegħu kienu preżenti wkoll magħna fil-klassi, hekk kif l-istudenti ġabu mid-dar uħud mill-kotba […]

Assemblies speċjali fil-Kulleġġ San Nikola, l-iskola primarja tar-Rabat

Din is-sena kienet waħda partikolari, li wasslitna biex nirrevedu l-mod kif isir it-tagħlim minħabba l-pandemija. Kienet sena mimlija sfidi. L-edukaturi kollha tal-Kulleġġ San Nikola, l-iskola primarja tar-Rabat qed jagħmlu minn kollox biex jibqgħu għaddejjin bir-rutina ta’ kuljum, filwaqt li qed jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jassiguraw ambjent sigur filwaqt li joffru vjaġġ edukattiv mill-isbaħ lill-istudenti. […]

L-iskola primarja ta’ Birkirkara tiċċelebra l-#antibullying week 2020

L-iskola primarja ta’ Birkirkara fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża ċċelebrat l-#antibullying week 2020. Din l-inizjattiva sabet rikonoxximent mill-għaqda internazzjonali Anti-Bullying Alliance li tiċċelebra l-#antibullying week ta’ kull sena f’għadd ta’ skejjel fuq livell internazzjonali. Fost it-temi li ħarġu mit-tfal hemm: 1. Il-bullying qatt mhu aċċettat; 2. Tista’ tieqaf lill-bully billi tirrapporta lil xi adult li jista’ jgħinek (l-għalliema, l-asst. […]

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.