Laqgħa virtwali ma’ Trevor Zahra fl-iskola San Andrea

Nhar l-1 ta’ Diċembru 2020 l-istudenti tat-8 sena fl-iskola San Andrea kellhom iċ-ċans li jiltaqgħu b’mod virtwali ma’ Trevor Zahra. Waqt il-laqgħa l-kittieb qasam l-esperjenza tiegħu tal-kitba u rrakkomanda kotba interessanti li kiteb, addattati għall-età tagħhom. Uħud mill-kotba li wera mil-librerija personali tiegħu kienu preżenti wkoll magħna fil-klassi, hekk kif l-istudenti ġabu mid-dar uħud mill-kotba ta’ dan l-istess awtur.

Din il-laqgħa kompliet tiżżewwaq meta l-istudenti kellhom l-opportunità jistaqsu mistoqsijiet differenti lil Trevor Zahra. Fost l-esperjenzi u l-ħsibijiet interessanti li qasam magħhom, tahom pariri siewja bħall-importanza li wieħed jaqra ftit kuljum u biex jagħżlu kotba li jogħġbuhom għax il-qari m’għandu jkun xejn ħlief esperjenza ta’ gost!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.