Termini u Kundizzjonijiet

Ġenerali

Dan huwa s-sit elettroniku ta’ Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan il-Malta Union of Teachers. L-indirizz uffiċjali ta’ Fondazzjoni Sagħtar, li minnu topera, huwa 759, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun HMR 1016, Malta. In-numru tar-reġistrazzjoni ta’ Fondazzjoni Sagħtar bħala organizzazzjoni volontarja mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji huwa VO/1824, u n-numru tal-VAT tagħha huwa 2761-2601.

Kull informazzjoni, materjal, software, disinn tas-sit, test, grafika, illustrazzjonijiet, ritratti u videos u kull kontenut ieħor li jista’ jkun fih is-sit huma proprjetà tal-Fondazzjoni sakemm ma jkunx imniżżel mod ieħor fuq is-sit, u għaldaqstant kollha huma protetti mil-liġijiet tal-ħarsien tad-drittijiet tal-awturi. Il-kontenut imsemmi ma jistax jitniżżel, jiġi kkupjat, riprodott, ripubblikat, imtella’ online, trażmess, miżmum, mibjugħ jew distribwit mingħajr ma jinġieb il-permess bil-miktub ta’ sid id-drittijiet tal-awturi (il-copyright) minn qabel.

Biex jintużaw xi partijiet mill-kontenut, u biex jintużaw kwotazzjonijiet/siltiet minn xi kotba jew magażins ippubblikati mill-Fondazzjoni Sagħtar jew mill-Malta Union of Teachers, inklużi dawk li kienu ppubblikati fil-passat mill-MUT Publications, wieħed għandu jagħmel talba lil Fondazzjoni Sagħtar, Malta Union of Teachers, fl-indirizz 759, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun HMR1016.

Dan is-sit qed jiġi użat biex ikunu ppubblikati b’mod virtwali l-pubblikazzjonijiet ta’ Fondazzjoni Sagħtar, inkluża r-rivista Sagħtar, u kotba u pubblikazzjonijiet oħrajn li minn żmien għal ieħor toħroġ il-Fondazzjoni. Is-sit qed ikun użat ukoll biex jinbiegħu dawn l-imsemmija pubblikazzjonijiet, b’mod virtwali jew stampat, inklużi dawk li kienu ppubblikati fil-passat mill-MUT Publications. Minn dan is-sit ma jistgħux jinbiegħu oġġetti u servizzi projbiti.

Dan is-sit jista’ jinkludi ħoloq għal siti oħra ta’ terzi. It-tali ħoloq huma intenzjonati biss għas-servizz tal-utenti ta’ dan is-sit, u ma jfissru ebda qbil jew assoċjazzjoni ta’ dawn it-terzi ma’ Fondazzjoni Sagħtar u/jew il-Malta Union of Teachers.

Ordnijiet u bejgħ

Filwaqt li jsir kull sforz biex il-prezzijiet u dettalji oħra dwar il-kotba, magażins u kwalunkwe prodott imsemmi f’dan is-sit ikunu korretti u aġġornati, ma tistax tingħata garanzija ta’ dan, għaliex il-prezzijiet u l-informazzjoni jistgħu jinbidlu minn mument għal ieħor. Bl-istess mod, filwaqt li jsir kull sforz biex l-istock tal-Fondazzjoni jinżamm aġġornat kuljum, ma jistax ikun assigurat li xi ktieb, magażin jew prodott ieħor ma jispiċċax out of stock bla avviż. Fondazzjoni Sagħtar tkun responsabbli mit-tranżazzjoni meta jsir il-bejgħ minn dan is-sit.

Ordnijiet li jsiru minn dan is-sit ikunu aċċettati biss jekk l-indirizz fejn għandha tintbagħat ix-xirja jkun fl-arċipelagu Malti, għax ix-xirja tintbagħat biss f’dan it-territorju. Meta tkun qed tagħmel il-ħlas, trid tagħżel tridx tirċievi x-xirja bil-posta jew tiġi tiġborha int mill-kwartieri tal-MUT u Fondazzjoni Sagħtar, fl-indirizz imsemmi iktar ’il fuq. Fil-każ tal-magażin Sagħtar, l-għażla li tiġbor il-magażin mill-kwartieri ma tintitolak għal ebda tnaqqis fil-prezz li jidher fis-sit. Jekk tagħżel li tirċievi x-xirja bil-posta, il-perjodu msemmi li fih għandek tirċievi l-oġġetti mixtrija huwa biss approssimattiv. Ix-xirja tintbagħat fl-indirizz mogħti fl-ordni tiegħek u fl-email tal-Konferma tal-Ordni. Jekk jogħġbok stenna massimu ta’ għaxart ijiem tax-xogħol biex tasallek l-ordni qabel tikkuntattjana. L-età minima biex il-membri jixtru minn dan is-sit hija sittax-il sena.

Ordni li ssir minn dan is-sit tista’ titbiddel jew tkun ikkanċellata qabel ma tintbagħat ix-xirja billi ċċempel lil Fondazzjoni Sagħtar bin-numru 21224909 fil-ħinijiet tal-uffiċċju (8:00 a.m. – 1:00 p.m. u 2:00 p.m. – 5:00 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa). Ma tistax tibdel l-ordni jew l-indirizz fejn trid tirċievi l-ordni wara li x-xirja tkun intbagħtet. Biex tirtira l-ordni tiegħek wara li x-xirja tkun intbagħtet, mhux iktar tard minn ħmistax-il ġurnata wara li tirċievi x-xirja, trid tibagħtilna bil-miktub fl-indirizz elettroniku info@saghtar.org.mt u tara li tikteb ismek, l-indirizz fejn irċevejt ix-xirja u n-numru ta’ referenza tal-ordni tiegħek. Jekk tkun irċevejt ix-xirja, trid tibgħat lura l-oġġetti mixtrija lil Fondazzjoni Sagħtar mingħajr ma tiftaħhom flimkien mal-invoice oriġinali. Il-Fondazzjoni tagħtik il-flus lura minbarra l-flus tal-posta ladarba tirċievi lura x-xirja fl-aħjar kundizzjoni kif tkun intbagħtet.

Jekk tirtira ordni li tkun waslitlek diġà, u tkun infurmajt lil Fondazzjoni Sagħtar bil-miktub, kwalunkwe somma miġbuda (apparti l-posta u biex twasslitlek) mill-karta ta’ kreditu tiegħek tkun rikreditata fil-kont tal-istess karta ta’ kreditu sa 30 ġurnata wara l-ordni tiegħek, ladarba Fondazzjoni Sagħtar tirċievi l-oġġetti li tkun tixtieq tirritorna fil-kundizzjoni li fihom ikunu ntbagħtulek. Kwalunkwe spejjeż biex l-affarijiet jintbagħtu lura għand Fondazzjoni Sagħtar jitħallsu minnek.

Jekk tirċievi oġġetti differenti minn dawk li ordnajt, jew oġġetti li huma bil-ħsara jew difettużi, Fondazzjoni Sagħtar tagħmel tajjeb għall-affarijiet li ma jaslulekx, tibdillek l-oġġetti li jkunu bil-ħsara jew difettużi, jew tagħtik il-flus lura għat-tali oġġetti, ladarba tkun infurmajt lil Fondazzjoni Sagħtar b’email lill-indirizz info@saghtar.org.mt sa għaxart ijiem tax-xogħol wara li tkun waslitlek ix-xirja. Jekk jogħġbok agħti ismek u n-numru tar-referenza tal-ordni. F’każ li tirċievi oġġetti bil-ħsara jew difettużi u titlob il-flus lura, int mitlub tibgħat lura t-tali oġġetti lil Fondazzjoni Sagħtar flimkien mal-invoice oriġinali.

Fondazzjoni Sagħtar u l-Malta Union of Teachers ma jassumu ebda responsabbiltà għal xi eventwali danni li jistgħu jiġu kkawżati bl-użu ta’ dan is-sit.