Assemblies speċjali fil-Kulleġġ San Nikola, l-iskola primarja tar-Rabat

Din is-sena kienet waħda partikolari, li wasslitna biex nirrevedu l-mod kif isir it-tagħlim minħabba l-pandemija. Kienet sena mimlija sfidi. L-edukaturi kollha tal-Kulleġġ San Nikola, l-iskola primarja tar-Rabat qed jagħmlu minn kollox biex jibqgħu għaddejjin bir-rutina ta’ kuljum, filwaqt li qed jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jassiguraw ambjent sigur filwaqt li joffru vjaġġ edukattiv mill-isbaħ lill-istudenti.

Kull ġimgħa jsiru assemblies speċjali b’mod virtwali. Waqt dawn il-mumenti l-istudenti jaqsmu u jiċċelebraw temi varji. Waħda minn dawn it-temi kienet dwar id-diskriminazzjoni: https://snc.rabat.skola.edu.mt/2020/11/diskriminazzjoni/.

Oħra kienet iddedikata lill-partun tal-Kulleġġ tagħna, San Nikola, li l-festa tiegħu tiġi mfakkra fis-6 ta’ Diċembru:https://snc.rabat.skola.edu.mt/2020/12/st-nicholas-day-special-assembly/.

M’għandniex xi ngħidu, f’assembly oħra fakkarna l-Jum Dinji tat-Tfal. Dakinhar l-istudenti ma libsux l-uniformi imma ġew bi lbies minn tagħhom. Fl-istess ħin taw donazzjoni ta’ €2 għall-Istrina 2020: https://snc.rabat.skola.edu.mt/2020/11/celebrating-world-childrens-day-2/

Nixtiqulkom sena skolastika mill-isbaħ filwaqt li nawgurawlkom saħħa u sliem!