L-iskola primarja ta’ Birkirkara fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża ċċelebrat l-#antibullying week 2020. Din l-inizjattiva sabet rikonoxximent mill-għaqda internazzjonali Anti-Bullying Alliance li tiċċelebra l-#antibullying week ta’ kull sena f’għadd ta’ skejjel fuq livell internazzjonali.
Fost it-temi li ħarġu mit-tfal hemm:
1. Il-bullying qatt mhu aċċettat;
2. Tista’ tieqaf lill-bully billi tirrapporta lil xi adult li jista’ jgħinek (l-għalliema, l-asst. kapijiet, il-kap tal-iskola, guidance, counsellor, il-ġenituri);
3. Min jara att ta’ bullying għaddej, anke jekk mhux fuqu, għandu d-dmir li jirrapporta.
Ġew diskussi temi oħra, fosthom is-Cyberbullying, id-diskriminazzjoni fuq dawk li jidhru jew jaħsbuha b’mod differenti minna u d-diskriminazzjoni kontra dawk li kellhom il-COVID-19, fost temi oħra.
Ara iktar dwar din l-inizjattiva: #antibullying week 2020 | St Theresa College Birkirkara Primary (j2webby.com)