Sagħtarin 2023-2024 – skejjel/gruppi – Offerta 10+

Fondazzjoni Sagħtar tħabbar li wara s-suċċess tal-ewwel ħarġa ta’ Sagħtarin, il-ktieb tal-attivitajiet għas-snin bikrin, se tippubblika sensiela ta’ 4 edizzjonijiet matul is-sena skolastika li ġejja, f’Novembru 2023 u f’Jannar, Marzu u Mejju 2024. Din is-sena l-iskejjel u gruppi oħra jistgħu jibbenifikaw mill-Offerta 10+ meta jabbonaw għas-sensiela kollha. L-offerta tapplika ma’ għaxar abbonamenti jew aktar. Permezz tal-offerta kull abbonament jiswa €13 minflok €15, l-iskejjel jingħataw kopja b’xejn għal-librerija, u l-kotba jitwasslu b’xejn l-iskola jew f’indirizz wieħed f’Malta jew Għawdex għal kull ordni.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.