Fondazzjoni Sagħtar tieħu sehem fi SKOLASAJF 2023

Fondazzjoni Sagħtar qiegħda terġa’ tieħu sehem, b’sodisfazzjon kbir, fi Skolasajf ta’ din is-sena. Permezz ta’ żewġ għalliema kkwalifikati l-Fondazzjoni qed torganizza u tanima numru ta’ attivitajiet f’Malta u Għawdex li jippromwovu l-qari bil-Malti. Dan qed tagħmlu permezz tar-rivista Sagħtar u l-ktieb tal-attivitajiet tas-snin bikrin Sagħtarin.

Waqt Skolasajf il-Fondazzjoni qiegħda wkoll torganizza kompetizzjoni għat-tfal. Il-premjijiet ivarjaw bejn abbonament fis-Sagħtar jew Sagħtarin u sett ta’ kotba.

Skolasajf jattendu għaliha eluf ta’ tfal, li nħeġġuhom jipparteċipaw bi ħġarhom f’dawn l-attivitajiet li jgħinuhom sew fit-tagħlim tal-Malti.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.