Arkivji tal-Kategorija: Aħbarijiet

Sagħtar 369 – April 2022

Qegħdin f’April, ix-xahar tal-Għid, u s-Sagħtar ħareġ ukoll! Għandek idea kemm fih muskoli u għadam ġisem il-bniedem? Kif jirreaġixxi l-missier meta bintu tgħidlu li ħuha qed jara lil Ġesù? Tgħid it-tfajliet se jirnexxilhom jaħarbu minn Għar is-Sriep? Dan u ħafna aktar naqrawh fil-ħarġa ta’ dan ix-xahar. Akkwistaw kopja minn saghtar.org.mt/hanut/ jew idħlu arawh online (minn […]

Sagħtar 367 – Frar 2022

Għeżież qarrejja tas-Sagħtar, qegħdin fi Frar, ix-xahar li fih jibda l-Karnival. Imma xi drawwiet u ġrajjiet hemm marbuta ma’ dan iż-żmien? U x’se jsibu t-tliet tfajliet meta jidħlu ‘l ġewwa f’Għar is-Sriep? X’taf fuq l-istonku u l-imsaren, fuq il-ħajja tal-istilel, dwar Ninu Cremona u l-imtieħen tar-riħ? U min hi s-Sinjura l-Bajda? Dan flimkien ma’ stejjer, […]

Sagħtar 366 – Jannar 2022

Għeżież qarrejja tas-Sagħtar, is-sena t-tajba! L-edizzjoni ta’ Jannar 2022 (n. 366) waslet! Fost l-oħrajn fiha tistgħu taqraw dwar il-kantanta famuża Billie Eilish, il-komik “Sir!”, dwar kif sar l-univers, storja tal-waħx dwar il-Ħeddiela u ħafna aktar stejjer, poeżiji u tagħrif interessanti. Fuq kollox issibu wkoll logħob u kompetizzjonijiet sbieħ bħal kull xahar. Akkwistaw kopja minn saghtar.org.mt/hanut/ […]

Sagħtar 365 – Diċembru 2021

Il-Milied reġa’ magħna, u miegħu waslet ukoll l-edizzjoni tar-rivista Sagħtar ta’ Diċembru! Bħal dejjem issibu fiha numru ta’ stejjer interessanti, kurżitajiet, artikli informattivi, kompetizzjonijiet, logħob u paġni sbieħ u kkuluriti, ħafna minnhom relatati mal-Milied u l-festi ta’ dawn il-jiem, iżda mhux biss… Idħlu arawh minn saghtar.org.mt jew ixtruh stampat mill-paġna tal-ħanut fl-istess sit (minn HAWN). […]

Sagħtar 364 – Novembru 2021

Hawn hu s-Sagħtar! Erġajna bdejna sena oħra ta’ artikli informattivi, stejjer interessanti, logħob u kompetizzjonijiet, kurżitajiet, ċajt u qari tajjeb. F’din l-ewwel edizzjoni tal-2021-2022 (n. 363 – Ottubru 2021) nerġgħu nsibu sensiliet u niltaqgħu ma’ karattri li sirna nafuhom is-sena l-oħra, bħal Frazer Borg Ellis u s-sensiela dwar il-video games, filwaqt li nintroduċukom ma’ oħrajn ġodda, bħall-Professur Għasfur u x’naraw fis-smewwiet billejl. Mela aċċessa s-Sagħtar online minn dan is-sit jew ixtrih stampat mill-Ħanut u gawdi sena ta’ qari tajjeb magħna! 🙂

Sagħtar 363 – Ottubru 2021

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.