Sagħtar 382 – Jannar 2024

Għadna kif bdejna sena oħra u hawn hi l-ewwel ħarġa tas-Sagħtar tal-2024, ir-raba’ waħda ta’ din is-sena skolastika! Il-magażin jinkludi diversi artikli, stejjer, logħob u kompetizzjonijiet li s’issa drajtuhom, bħaċ-ċajt u l-ħaġa moħġaġa, sports, mużika u kantanti, video games, astronomija, Frazer, Rakkonti Retro, Bobot, poeżiji, “Mill-Pinna Tagħkom” u ħafna iktar. Insomma, ilkoll tafu x’inhu s-Sagħtar: ftit minn kollox għal kulħadd!

Barra minn hekk, dax-xahar inkomplu l-proġetti ta’ ARTek u Maxti u l-Forom. U bilħaqq, la qed insemmu ‘l Maxti u l-Forom, kull min abbona għall-verżjoni stampata tas-Sagħtar se jirċievi t-tieni mudell ta’ dan il-proġett!

Ħudu gost!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.