Sagħtar 383 – Frar 2024

Hawn hu s-Sagħtar ta’ Frar! Minn fost l-edizzjonijiet kollha ta’ dawn l-aħħar snin, din l-edizzjoni kisret ir-rekord tan-numru ta’ kompetizzjonijiet: 10! Ħudu sehem u tistgħu tirbħu kotba, logħob u saħansitra rota! Dan minbarra l-istejjer, artikli, poeżiji u logħob interessanti bħalma jkun fiha kull xahar ir-rivista. Dax-xahar niffukaw fuq il-Karnival imma mhux biss…

Barra minn hekk, mal-edizzjoni stampata ta’ dax-xahar u l-edizzjonijiet li fadal din is-sena qed inqassmu mudell mill-proġett ARTek, bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti! Fi Frar qed jitqassam l-ewwel wieħed: “Il-Mużiċist ta’ ARTek”. Segwu l-istruzzjonijiet dwar kif jinbena f’paġna 9 tar-rivista jew mill-vidjow fl-app jew fiċ-channel ta’ YouTube tas-Sagħtar. Ħudu gost tarmawh imbagħad ibagħtulna ritratt tal-mudell lest biex inġibuh fil-mezzi soċjali tagħna, biċ-ċans li tirbħu premju fl-aħħar tas-sensiela.

Il-qari t-tajjeb u ħudu gost!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.