It-tielet ħarġa ta’ “Sagħtarin” magħna!

Bi pjaċir inħabbru li t-tielet ħarġa ta’ Sagħtarin magħna! 🙂

Għal darb’oħra Sagħtarin (il-ktieb tal-attivitajiet bil-Malti maħsub għall-istudenti tas-snin bikrin) hu mimli attivitajiet, logħob, gost, tpinġija u attivitajiet edukattivi għat-tfal iż-żgħar. Din hija t-tieni ħarġa ta’ din is-sena skolastika minn serje ta’ erbgħa.

Din il-ħarġa ta’ Sagħtarin qed tinbiegħ stampata għall-prezz ta’ €4.50. Abbonament sħiħ (4 ħarġiet) jista’ jinxtara għal €15 jew anki għal €13 biss jekk tabbona bħala parti mill-grupp tal-iskola. Aktar informazzjoni fis-sit saghtar.org.mt/hanut.

Ħu gost!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.