Sagħtar 386 – Sajf 2024

Wasal ukoll is-Sagħtar tas-sajf 2024!
 
Is-sajf magħna, u għalhekk qed nippubblikaw it-tmien u l-aħħar ħarġa ta’ din is-sena skolastika! Fiha ssibu ċ-ċajt u l-ħaġa moħġaġa li tant tħobbu, poeżiji, stejjer sbieħ, informazzjoni interessanti, kurżitajiet, il-paġna “Stilel” dwar Maxine Pace (rebbieħa ta’ Mużika Mużika), u xejn inqas minn 10 kompetizzjonijiet bi premjijiet sbieħ!
 
Dax-xahar jingħalaq ukoll il-proġett Maxti u l-Forom. Nisperaw li għoġobkom u tgħallimtu prinċipji matematiċi minnu. U tinsewx tieħdu sehem fil-kompetizzjoni ta’ dan ix-xahar.
 
Għandkom ukoll ir-raba’ mudell tal-proġett ARTek: “Iż-Żifna taż-Żeotropju”. Segwu l-vidjow fl-app tas-Sagħtar (mill-Google Play jew l-App Store) jew miċ-channel ta’ YouTube tas-Sagħtar, armawh, żejnuh u ibagħtulna ritratt jew vidjow. Matul is-sajf inħabbru rebbieħ/a minn dawk li jkunu pparteċipaw. Awguri!
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.