Hawn hi l-ħames ħarġa ta’ “Sagħtarin”!

Is-sajf riesaq ġmielu, u b’hekk qed nippreżentawlkom l-aħħar ħarġa mis-sett ta’ erbgħa ta’ dis-sena tal-ktieb tal-attivitajiet għas-snin bikrin Sagħtarin. Ħarġa numru 5 fiha ħafna iktar attivitajiet u logħbiet interessanti u edukattivi għat-tfal iż-żgħar, bħalma s’issa żgur drajtu ssibu f’Sagħtarin.

Napprezzaw ħafna kemm ilqajtu tajjeb dan il-ktejjeb matul din is-sena skolastika. Inwegħdukom ħafna iktar u aqwa fis-sena skolastika li jmiss!

Fil-fatt tistgħu tabbonaw minn issa għall-2024-2025 mis-sezzjoni tal-Ħanut!

Ħudu gost!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.