Qbiżna nofs is-sena skolastika u diġà wasalna fis-sitt edizzjoni tas-Sagħtar tal-2023-2024! Nittamaw li r-rivista qed togħġobkom kull xahar. Fl-edizzjoni ta’ Marzu tistgħu tobsru x’se ssibu: iktar stejjer, logħob, poeżiji, informazzjoni, logħob, kompetizzjonijiet u premjijiet sbieħ!
Is-suġġetti huma varjati bħal dejjem, imma l-enfasi dax-xahar hi fuq il-festa tal-Għid, li se taħbat propju fl-aħħar tax-xahar.
Ħuduh f’idejkom, aqrawh u ħudu gost!