Arkivji tal-Kategorija: Aħbarijiet

Sorpriża sabiħa għal kull min jabbona!

Bħala ringrazzjament għas-sapport, kull min xtara jew ser jixtri abbonament tas-Sagħtar 2020-2021 ser ikun qiegħed jingħata b’xejn ħarġa speċjali tas-Sagħtar f’għeluq il-50 sena! Din l-edizzjoni speċjali hija ċelebrazzjoni ta’ 50 sena tar-rivista u fiha 50 minn fost l-aħjar kontribuzzjonijiet matul is-snin. Din il-ħarġa ser tkun speċjali anki fl-ammont ta’ paġni, li ser ikunu ta’ 96 paġna lkoll […]

SAGĦTAR 2021-2022 – Sejħa għall-Kontribuzzjonijiet

Wara s-suċċess tar-rivista popolari “Sagħtar” matul din is-sena skolastika, Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan il-Malta Union of Teachers tħabbar li qed tilqa’ materjal mingħand kittieba, illustraturi u edukaturi u kull min hu interessat li jikkontribwixxi b’xi mod f’din il-pubblikazzjoni għas-sena 2021-2022. Ir-rivista reġgħet bdiet tinħareġ f’Ottubru 2020 kull xahar sa Mejju ta’ din is-sena. Bdiet bil-format […]

Sagħtar – April 2021

Wasal is-Sagħtar ta’ April! Infakkrukom li minbarra l-verżjoni diġitali b’xejn tistgħu tixtru kopja stampata billi żżuru l-link t’hawn taħt. Fil-magażin issibu artikli interessanti, stejjer, poeżiji, logħob u kompetizzjonijiet sbieħ. Il-qari t-tajjeb! Verżjoni diġitali HAWN. Verżjoni stampata HAWN – min għandu abbonament diġà ser ikun qiegħed jirċevih fil-jiem li ġejjin.

Wasal is-Sagħtar stampat!

Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT ħabbret li r-rivista Sagħtar issa tista’ tinxtara bħala rivista stampata mill-ħanut online li għadu kif tnieda mill-Fondazzjoni. Is-Sagħtar huwa sinonimu mal-qari tajjeb bil-Malti għat-tfal, u bħalma jaf kulħadd jinkludi varjetà kbira ta’ artikli, stejjer, poeżiji, logħob u kompetizzjonijiet edukattivi, informattivi u divertenti. Ir-rivista stampata għandha sservi sabiex tilħaq aktar tfal, […]

Is-“Sagħtar” reġa’ magħna!

Idħol HAWN biex taċċessa l-edizzjoni l-ġdida tas-“Sagħtar”! (Kemm tirreġistra u tkun ċert li logged in). Ilna nistennewh u fl-aħħar wasal! L-ewwel ħarġa tar-rivista “Sagħtar” maħruġa mill-Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT, dik t’Ottubru 2020, għadha kif ittellgħet fis-sit saghtar.org.mt. Did-darba se tkun rivista diġitali, li tista’ taqraha meta trid minn fuq kompjuter, mobile jew tablet, u […]

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.