Fondazzjoni Sagħtar reġgħet qed tagħmel l-offerta 10+, ideali għall-iskejjel u gruppi oħra. Din tapplika ma’ għaxar abbonamenti jew aktar għall-kopji stampati tas-Sagħtar minn Ottubru 2023 sa Mejju 2024.
Author Archives: Christopher Giordano
Hawn hu s-Sagħtar tas-sajf!
Is-sajf qiegħed fuq l-għatba u hawn hi t-tmien ħarġa ta’ din is-sena skolastika! Issibu ċajt u ħaġa moħġaġa, poeżiji, stejjer, informazzjoni u kurżitajiet, il-paġna “Stilel” dwar Gianluca Bezzina (rebbieħ ta’ Mużika Mużika)
Agħfas HAWN għal iktar dettalji. Agħfas HAWN biex taċċessa l-formola tal-applikazzjoni.
Wasal is-Sagħtar t’April!
Din hija s-seba’ edizzjoni mit-tmienja ta’ din is-sena skolastika. L-artikli u l-istejjer huma varjati bħal dejjem. Tistgħu taqraw dwar l-Għid u tradizzjonijiet ta’ dan iż-żmien, plejers famużi, il-grupp The Busker li se jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision, aktar dwar l-armar tal-festi, ċajt u ħaġa moħġaġa, poeżiji u ħafna iktar.
Wasalna għall-edizzjoni ta’ Marzu!
F’din il-ħarġa ssibu artikli dwar suġġetti varji u stejjer u poeżiji interessanti mingħand awturi ġodda u oħrajn li drajtuhom. Barra minn hekk nifirħu lill-kantant żagħżugħ Kyran Bonello, li rebaħ il-Malta’s Got Talent, naraw kif se tispiċċa l-avventura tat-tapit taz-zija, miktuba minn studenta brava, u ħafna iktar. U għal darb’oħra għandkom xalata ta’ 8 kompetizzjonijiet bi premjijiet sbieħ!
Wasal is-Sagħtar ta’ Frar 🙂 Fih tistgħu taqraw artikli u stejjer dwar il-Karnival, il-kantanta Olivia Rodrigo, ċajt, poeżiji u ħafna iktar. Tistgħu wkoll tieħdu sehem f’rekord ta’ 8 kompetizzjonijiet differenti bi premjijiet mill-isbaħ.
Is-sena t-tajba! Minn fejn ġej l-isem ta’ Jannar, u xi drawwiet hemm marbutin miegħu? Min hu l-istilla ta’ dax-xahar, u x’karattru tal-video games tistgħu taqraw dwaru?