Fondazzjoni Sagħtar fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022

Aħna hawn, lesti biex mil-lum sal-Ħadd li ġej niltaqgħu magħkom fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li qed isir fl-MFCC ġewwa Ta’ Qali. Minbarra s-“Sagħtar” u l-pubblikazzjonijiet l-oħra ssibu tliet pubblikazzjonijiet ġodda:
– il-ktieb tal-komiks imsejjaħ “L-Għalliema u l-Istudenti tal-Kulleġġ San Xi Ħadd” ta’ Dean Fenech;
– il-ktieb “Stejjer tal-Waħ… Waħ… Waħx” ta’ Trevor Żahra u Nadine Debattista Briffa;
– u l-ktieb ġdid tal-attivitajiet għaċ-ċkejknin “Sagħtarin”, mimli logħob, tpinġija, gost u attivitajiet addattati għat-tfal tas-snin bikrin.
Ser ikun hemm offerti speċjali għal min iżur il-festival filwaqt li t-tfal jistgħu jsarrfu l-vawċers f’kotba sbieħ u edukattivi.
Aktar informazzjoni dwar il-festival issibuha fuq ktieb.org.mt.
Narawkom!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.