Fondazzjoni Sagħtar tippubblika “Sagħtarin”

Fondazzjoni Sagħtar bi pjaċir tħabbar proġett ġdid fis-sensiela ta’ inizjattivi għal aktar qari bil-Malti: il-pubblikazzjoni ta’ Sagħtarin. Sagħtarin huwa ktejjeb bil-Malti maħsub għat-tfal tas-snin bikrin tal-iskola primarja, mimli attivitajiet, logħob, tpinġija, gost u tagħlim għaż-żgħar. Din hija l-ewwel ħarġa, bil-ħsieb li l-pubblikazzjoni ssir sensiela

Is-Sa Elaine Germani, Chairperson ta’ Fondazzjoni Sagħtar, qalet li “wara r-rispons tajjeb ħafna li kellna bis-Sagħtar ħsibna biex noħolqu pubblikazzjoni ġdida li tkun addattata għal tfal iżgħar fl-età. U għalhekk ħsibna f’Sagħtarin, li diġà għandu tradizzjoni ta’ snin twal meta kien parti mis-Sagħtar, fejn kien ikun hemm numru ta’ paġni fin-nofs tar-rivista ddedikati propju għal tfal iżgħar fl-età. B’hekk ġeddidna xi ħaġa li ħafna adulti jiftakruha b’identità u format ġdid fjamant.”

Sagħtarin qed jinbiegħ bħala kopja stampata għall-prezz ta’ €5 u qiegħed ikun offrut ukoll għall-prezz imraħħas ta’ €4 l-kopja meta ssir ordni ta’ 10 kopji jew iktar flimkien. Din l-offerta hi ideali għall-iskejjel u gruppi oħra. Aktar informazzjoni minn saghtar.org.mt/hanut.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.