Żjara lill-Ministru tal-Edukazzjoni dwar il-ħidma tal-Fondazzjoni

Fondazzjoni Sagħtar żaret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni l-Onor. Clifton Grima​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​, flimkien ma’ wħud mill-awturi u l-illustraturi, sabiex tippreżentalu l-pubblikazzjonijiet li ħarġet fix-xhur li għaddew. Dawn jinkludu r-rivista Sagħtar, li din is-sena tagħlaq 52 sena mill-ewwel pubblikazzjoni, il-ktieb tal-komiks L-Għalliema u l-Istudenti tal-Kulleġġ San Xi Ħadd ta’ Dean Fenech, il-ktieb Stejjer tal-Waħ… Waħ… Waħx ta’ Trevor Zahra, illustrat minn Nadine Debattista Briffa, u l-ewwel edizzjoni tal-ktieb tal-attivitajiet Sagħtarin, maħruġ mill-istess Fondazzjoni. Matul il-laqgħa ġiet diskussa wkoll il-ħidma tal-Fondazzjoni sabiex issaħħaħ l-apprezzament tal-ilsien Malti fost it-tfal u ż-żgħażagħ.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.