Sagħtar 363 – Ottubru 2021

Hawn hu s-Sagħtar! Erġajna bdejna sena oħra ta’ artikli informattivi, stejjer interessanti, logħob u kompetizzjonijiet, kurżitajiet, ċajt u qari tajjeb. F’din l-ewwel edizzjoni tal-2021-2022 (n. 363 – Ottubru 2021) nerġgħu nsibu sensiliet u niltaqgħu ma’ karattri li sirna nafuhom is-sena l-oħra, bħal Frazer Borg Ellis u s-sensiela dwar il-video games, filwaqt li nintroduċukom ma’ oħrajn ġodda, bħall-Professur Għasfur u x’naraw fis-smewwiet billejl. Mela aċċessa s-Sagħtar online minn dan is-sit jew ixtrih stampat mill-Ħanut u gawdi sena ta’ qari tajjeb magħna! 🙂

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.