Avviżi mill-Fondazzjoni

Għeżież membri
 
Nittamaw li tinsabu tajbin, minkejja l-qilla tas-sħana li qed ikollna fis-sajf. 
 
Ninfurmawkom li fil-ġimagħtejn li ġejjin (bejn is-7 u t-22 t’Awwissu 2021) se nkunu bix-shutdown. Jekk tixtiequ tordnaw is-Sagħtar jew tixtru prodotti oħrajn mill-ħanut fis-sit saghtar.org.mt, inħeġġukom xorta waħda biex tagħmlu dan u nirringrazzjawkom tas-sostenn tagħkom, iżda l-ordni tkun ipproċessata mit-23 t’Awwissu 2021 ’il quddiem.
 
Infakkrukom ukoll li:
 
– l-abbonament għas-Sagħtar stampat tas-sena skolastika li jmiss (2021-2022) s’issa għadu qed jiġi offrut għall-prezz ta’ €20 minflok €25. Għaġġlu għax din l-offerta hi limitata!
– bħalissa qed nagħmlu survey dwar is-Sagħtar u napprezzaw ħafna jekk tieħdu 5 minuti u timlewh. Idħlu għalih minn HAWN.
 
Insellu ħafna għalikom u nawgurawlkom jiem ta’ mistrieħ f’dan iż-żmien tas-sena.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.