Author Archives: communications

Introduzzjoni għall-proġett XJEN-TEK

Bi pjaċir inħabbru wkoll l-ewwel filmat tal-proġett XJEN-TEK, li tistgħu tarawh fl-app tas-Sagħtar fis-sezzjoni tal-vidjows (aktar informazzjoni kif tniżżluha tinsab fis-sit saghtar.org.mt). Aqraw dwar dan il-proġett f’paġna 38 tas-Sagħtar ta’ Diċembru 2022 waqt li qed nippreparaw għall-mudelli li ser jitqassmu fix-xhur li ġejjin.

Sagħtar 373 – Diċembru 2022

Dalwaqt il-Milied, festa sabiħa u fl-istess ħin żmien li nieqfu u nistrieħu ftit. U wasal is-Sagħtar ta’ Diċembru wkoll! Biex tirrilassa tista’ taqbad din ir-rivista u fiha ssib minn kollox! Tista’ taqra dwar aspetti folkloristiċi u interessanti ta’ dan iż-żmien, stejjer u artikli varjati oħrajn, tilgħab diversi logħob u anki tieħu sehem f’numru ta’ kompetizzjonijiet bi […]

Fondazzjoni Sagħtar bi ktieb ġdid tal-komiks!

Bi pjaċir inħabbru pubblikazzjoni ġdida ta’ Fondazzjoni Sagħtar! “L-Għalliema u l-Istudenti tal-Kulleġġ San Xi Ħadd” hu ktieb tal-komiks miktub u mpenġi minn Dean Fenech. L-iskola tista’ tkun post ta’ tagħlim, xogħol iebes u dixxiplina, iżda tista’ tkun ukoll post ta’ divertiment u ħafna daħk… mhux biss għall-istudenti iżda wkoll għall-għalliema. U hekk ħa ssibu fil-Kulleġġ […]

Sagħtar 371 – Ottubru 2022

L-għadd ta’ Ottubru magħna wkoll! Din is-sena żidna l-kontenut u l-paġni, li huma mimlija bi stejjer ġodda, logħob, kompetizzjonijiet, ċajt, artikli informattivi u ħafna aktar! Infakkrukom li tistgħu takkwistaw kopja stampata ta’ din l-edizzjoni, jew tagħmlu abbonament għas-sena skolastika kollha minn Ottubru 2022 sa Mejju 2023 (tmien edizzjonijiet). Infakkrukom ukoll fl-offerta għall-iskejjel, li tibqa’ valida […]

Tintemm l-esperjenza ta’ SkolaSajf

Għadda Awwissu u miegħu ntemmet l-esperjenza ta’ SkolaSajf għal din is-sena wkoll. Fondazzjoni Sagħtar hija sodisfatta bil-parteċipazzjoni tagħha u tirringrazzja lil kull min kien involut biex kienet suċċess. B’mod speċjali l-Fondazzjoni tirringrazzja lill-istudenti li ppartċeipaw bi ħġarhom fl-attivitajiet organizzati minnha u ħadu sehem fil-kompetizzjoni biex jirbħu abbonament fis-Sagħtar għas-sena skolastika li jmiss. Il-qari t-tajjeb!

Sagħtar: l-abbonament bi prezz imraħħas estiż sal-aħħar ta’ Settembru

B’apprezzament kbir għall-interess tagħkom il-qarrejja, Fondazzjoni Sagħtar bi pjaċir tħabbar li l-offerta tar-rivista Sagħtar għas-sena skolastika 2022-2023, għall-prezz imraħħas ta’ €25 minflok €30, ġiet estiża sat-30 ta’ Settembru. Idħol saghtar.org.mt/hanut biex tagħmel l-ordni tiegħek. Il-qari t-tajjeb!

Fondazzjoni Sagħtar tipparteċipa fi Skolasajf

Bi pjaċir inħabbru li Fondazzjoni Sagħtar bħalissa qiegħda tipparteċipa fi Skolasajf, fejn qed isiru numru ta’ attivitajiet relatati mal-qari bil-Malti. Fost dawn hemm poeżija, li bħala parti mill-attività tinkludi kompetizzjoni bi premju, u anki logħba bil-kliem (fittiexa – wordsearch). Inħeġġu lit-tfal jipparteċipaw bi ħġarhom fl-attivitajiet li torganizza Fondazzjoni Sagħtar u fit-tagħlim tal-Malti!

Sagħtar 370 – Sajf 2022

Is-sajf riesaq bil-mod, imma s-Sagħtar tas-sajf qiegħed magħna! Fih naqraw dwar il-ġelati, iktar video games, kurżitajiet, ċajt, komiks u informazzjoni, u naraw kif spiċċat l-avventura tat-tfajliet f’Għar is-Sriep. U Frazer… se jiġi lura fid-dinja tagħna? Ħudu gost b’din l-edizzjoni, li fiha wkoll xejn inqas minn 6 kompetizzjonijiet! Is-sajf it-tajjeb! Akkwistaw kopja minn saghtar.org.mt/hanut/ jew idħlu […]

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.