Sagħtar 373 – Diċembru 2022

Dalwaqt il-Milied, festa sabiħa u fl-istess ħin żmien li nieqfu u nistrieħu ftit. U wasal is-Sagħtar ta’ Diċembru wkoll!

Biex tirrilassa tista’ taqbad din ir-rivista u fiha ssib minn kollox! Tista’ taqra dwar aspetti folkloristiċi u interessanti ta’ dan iż-żmien, stejjer u artikli varjati oħrajn, tilgħab diversi logħob u anki tieħu sehem f’numru ta’ kompetizzjonijiet bi premjijiet sbieħ.

Għalhekk nawgurawlkom il-Milied it-tajjeb u l-qari t-tajjeb!

Infakkrukom li tistgħu takkwistaw kopja ta’ din l-edizzjoni, jew tagħmlu abbonament għas-sena skolastika kollha. F’dak il-każ tirċievu flimkien l-edizzjonijiet li ħarġu s’issa, minn Ottubru 2022, u l-bqija jaslulkom kull xahar sa Mejju li ġej. Inkella tistgħu wkoll tidħlu tarawh online minn saghtar.org.mt jew mill-app.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.