Fondazzjoni Sagħtar bi ktieb ġdid tal-komiks!

Bi pjaċir inħabbru pubblikazzjoni ġdida ta’ Fondazzjoni Sagħtar! “L-Għalliema u l-Istudenti tal-Kulleġġ San Xi Ħadd” hu ktieb tal-komiks miktub u mpenġi minn Dean Fenech. L-iskola tista’ tkun post ta’ tagħlim, xogħol iebes u dixxiplina, iżda tista’ tkun ukoll post ta’ divertiment u ħafna daħk… mhux biss għall-istudenti iżda wkoll għall-għalliema. U hekk ħa ssibu fil-Kulleġġ San Xi Ħadd. Il-komik ser ikun għall-bejgħ għall-ewwel darba mill-istand ta’ Fondazzjoni Sagħtar fil-Malta Comic Con bejn id-29 u t-30 ta’ Ottubru 2022. Il-komik jinxtara wkoll mis-sit tal-Fondazzjoni saghtar.org.mt/hanut.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.