Sejħa għall-OFFERTA TAS-SERVIZZI għall-provista, konsenja u kummissjunar ta’ app għal fuq il-mowbajl (“Il-Malti bl-AI”) bħala parti mill-VOPS A1.08.2023.
Arkivji tal-Kategorija: Aħbarijiet
Fondazzjoni Sagħtar tawgura ħidma sfiqa lill-edukaturi kollha fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Għalliema.
Fondazzjoni Sagħtar qiegħda terġa’ tieħu sehem, b’sodisfazzjon kbir, fi Skolasajf ta’ din is-sena. Permezz ta’ żewġ għalliema kkwalifikati l-Fondazzjoni qed torganizza u tanima numru ta’ attivitajiet f’Malta u Għawdex li jippromwovu l-qari bil-Malti. Dan qed tagħmlu permezz tar-rivista Sagħtar u l-ktieb tal-attivitajiet tas-snin bikrin Sagħtarin.
Hawn hu s-Sagħtar tas-sajf!
Is-sajf qiegħed fuq l-għatba u hawn hi t-tmien ħarġa ta’ din is-sena skolastika! Issibu ċajt u ħaġa moħġaġa, poeżiji, stejjer, informazzjoni u kurżitajiet, il-paġna “Stilel” dwar Gianluca Bezzina (rebbieħ ta’ Mużika Mużika)
Agħfas HAWN għal iktar dettalji. Agħfas HAWN biex taċċessa l-formola tal-applikazzjoni.
Wasal is-Sagħtar t’April!
Din hija s-seba’ edizzjoni mit-tmienja ta’ din is-sena skolastika. L-artikli u l-istejjer huma varjati bħal dejjem. Tistgħu taqraw dwar l-Għid u tradizzjonijiet ta’ dan iż-żmien, plejers famużi, il-grupp The Busker li se jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision, aktar dwar l-armar tal-festi, ċajt u ħaġa moħġaġa, poeżiji u ħafna iktar.
Wasalna għall-edizzjoni ta’ Marzu!
F’din il-ħarġa ssibu artikli dwar suġġetti varji u stejjer u poeżiji interessanti mingħand awturi ġodda u oħrajn li drajtuhom. Barra minn hekk nifirħu lill-kantant żagħżugħ Kyran Bonello, li rebaħ il-Malta’s Got Talent, naraw kif se tispiċċa l-avventura tat-tapit taz-zija, miktuba minn studenta brava, u ħafna iktar. U għal darb’oħra għandkom xalata ta’ 8 kompetizzjonijiet bi premjijiet sbieħ!