Deħlin fl-aqwa tar-rebbiegħa, forsi l-isbaħ żmien għal xi piknik fil-kampanja u biex napprezzaw is-sbuħija naturali li għad fadal f’pajjiżna. U propju s-Sagħtar t’April fih numru ta’ kitbiet (stejjer u artikli) dwar l-aspett tal-ambjent u n-natura. Dan apparti ċ-ċajt, il-logħob, l-informazzjoni u l-proġetti interessanti ta’ kull xahar. U bilħaqq, erġajna ksirna r-rekord tan-numru ta’ kompetizzjonijiet: 11 […]
Author Archives: Christopher Giordano
Qbiżna nofs is-sena skolastika u diġà wasalna fis-sitt edizzjoni tas-Sagħtar tal-2023-2024! Nittamaw li r-rivista qed togħġobkom kull xahar. Fl-edizzjoni ta’ Marzu tistgħu tobsru x’se ssibu: iktar stejjer, logħob, poeżiji, informazzjoni, logħob, kompetizzjonijiet u premjijiet sbieħ! Is-suġġetti huma varjati bħal dejjem, imma l-enfasi dax-xahar hi fuq il-festa tal-Għid, li se taħbat propju fl-aħħar tax-xahar. Ħuduh f’idejkom, aqrawh […]
Wasal Marzu, u għalhekk qed nippubblikaw it-tielet ħarġa mis-sett ta’ erbgħa ta’ dis-sena tal-ktieb tal-attivitajiet Sagħtarin! Ħarġa numru 4 tinkludi diversi attivitajiet u logħbiet interessanti u edukattivi għat-tfal tas-snin bikrin.
Il-pubblikazzjoni tnediet fil-11 ta’ Marzu 2024 fil-Kulleġġ San Injazju, l-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ, fil-preżenza tal-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli u l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isports, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.
Hawn hu s-Sagħtar ta’ Frar! Minn fost l-edizzjonijiet kollha ta’ dawn l-aħħar snin, din l-edizzjoni kisret ir-rekord tan-numru ta’ kompetizzjonijiet: 10! Ħudu sehem u tistgħu tirbħu kotba, logħob u saħansitra rota! Dan minbarra l-istejjer, artikli, poeżiji u logħob interessanti bħalma jkun fiha kull xahar ir-rivista. Dax-xahar niffukaw fuq il-Karnival imma mhux biss… Barra minn hekk, mal-edizzjoni […]
Għadna kif bdejna sena oħra u hawn hi l-ewwel ħarġa tas-Sagħtar tal-2024, ir-raba’ waħda ta’ din is-sena skolastika! Il-magażin jinkludi diversi artikli, stejjer, logħob u kompetizzjonijiet li s’issa drajtuhom, bħaċ-ċajt u l-ħaġa moħġaġa, sports, mużika u kantanti, video games, astronomija, Frazer, Rakkonti Retro, Bobot, poeżiji, “Mill-Pinna Tagħkom” u ħafna iktar. Insomma, ilkoll tafu x’inhu s-Sagħtar: ftit […]
Bi pjaċir inħabbru li t-tielet ħarġa ta’ Sagħtarin magħna! 🙂
Għal darb’oħra Sagħtarin (il-ktieb tal-attivitajiet bil-Malti maħsub għall-istudenti tas-snin bikrin) hu mimli attivitajiet, logħob, gost, tpinġija u attivitajiet edukattivi għat-tfal iż-żgħar. Din hija t-tieni ħarġa ta’ din is-sena skolastika minn serje ta’ erbgħa.
Illum beda jixxandar Sagħtar FM, il-programm tar-radju ddedikat għar-rivista Sagħtar, fuq RTK 103!
Hawn hu s-Sagħtar ta’ Diċembru, bil-Milied il-fokus prinċipali. Aqraw dwar kif bdew il-fairy lights u l-kalzetta tal-Milied, kif oriġina l-presepju 800 sena ilu, il-mostri tal-Milied u riċetta tal-Christmas log, poeżiji ħelwin tal-Milied, “Mill-Pinna Tagħkom” u iktar. Ikomplu l-proġetti ARTek u Maxti u l-Forom, nintroduċu lil Bobot u ssibu t-tisliba u logħob ieħor u 8 kompetizzjonijiet […]
Is-Sagħtar ta’ Novembru magħna wkoll! Aktar artikli, stejjer, poeżiji, logħob, kompetizzjonijiet… u issa ssibu wkoll il-paġna “Mill-Pinna Tagħkom”, b’kitbiet tagħkom l-istudenti stess! U jkomplu ż-żewġ proġetti ARTek u Maxti u l-Forom! Dax-xahar fil-fatt tirċievu l-ewwel mudell tat-tangrams ta’ Maxti u l-Forom Ħudu gost!