Deħlin fl-aqwa tar-rebbiegħa, forsi l-isbaħ żmien għal xi piknik fil-kampanja u biex napprezzaw is-sbuħija naturali li għad fadal f’pajjiżna. U propju s-Sagħtar t’April fih numru ta’ kitbiet (stejjer u artikli) dwar l-aspett tal-ambjent u n-natura. Dan apparti ċ-ċajt, il-logħob, l-informazzjoni u l-proġetti interessanti ta’ kull xahar.
U bilħaqq, erġajna ksirna r-rekord tan-numru ta’ kompetizzjonijiet: 11 f’ħarġa waħda! Inkredibbli imma vera. Mela aqraw, tgħallmu, ilagħbu u ħudu gost fl-istess ħin – dak hu s-Sagħtar!