Darba waħda l-Ħarsijiet kollha (jew Eħieres jew Iħirsa) iddeċidew li jiġu jiftħu qalbhom magħna (għalkemm l-iskeletru ma jidhirlix li għandu qalb)! Ġew jgħidulna bil-problemi li qed jiltaqgħu magħhom dan l-aħħar. Il-Kavallier tal-Kastell, is-Sinjura l-Bajda, it-Tork tat-Taraġ, il-Belliegħa, il-Ħeddiela… u ma nafx kemm aktar… ilkoll qalbhom maqsuma (minbarra l-iskeletru) għax iż-żminijiet inbidlu u donnu m’għadx fadlilhom lil min iwaħħxu.
U minflok tal-Waħx, spiċċaw tal-Waħ-Waħ-Waħx!
Akkwistaw kopja minn saghtar.org.mt/hanut għal €7, iftħu l-paġni u tkunu tafu l-għaliex.