Ktejjeb tal-vawċers għall-membri ta’ Fondazzjoni Sagħtar

Għeżież membri ta’ Fondazzjoni Sagħtar,

Il-Fondazzjoni għandha l-pjaċir twasslilkom dan il-ktejjeb bil-vawċers, permezz tal-Malta Union of Teachers u Calypso Radio 101.8. Il-ktejjeb, li jismu “€10,000 in Vouchers”, huwa kollaborazzjoni bejn Calypso Radio 101.8 u numru ta’ sponsors. Għandna numru limitat minnhom u għalhekk min jixtieq ktejjeb irid jaħseb biex jilħaq wieħed. Il-ktejjeb tiġbruh mill-uffiċċji tal-MUT – 759, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun HMR 1016 – mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 a.m. u s-1:00 p.m. jew bejn is-2:00 p.m. u l-5:00 p.m. meta turu l-karta tal-identità. Il-membri ta’ Fondazzjoni Sagħtar huma dawk irreġistrati fis-sit saghtar.org.mt. Membri taħt is-sittax-il sena jridu jkunu akkumpanjati minn adult, li jrid juri l-karta tal-identità.

Dan il-ktejjeb jinkludi diversi vawċers bi skontijiet minn għadd ta’ ħwienet, bħal tal-merċa, ġugarelli, pannelli fotovoltaiċi, kċejjen u tagħmir tad-dar, apparat elettroniku, restoranti u oħrajn. Xi wħud minn dawn il-vawċers huma validi sal-aħħar ta’ Frar 2021 imma ħafna oħrajn ġew estiżi, kif jidher HAWN. Fit-tqassim ta’ dawn il-kotba qed jittieħdu l-miżuri kollha kontra l-COVID-19 – nitolbukom tlestu l-karta tal-identità biex nevitaw id-dewmien u li żżommu l-ktejjeb kwarantina, kif rakkomandat mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, qabel tużawh.

Fondazzjoni Sagħtar tirringrazzja lis-Sur Gordon Pace, lil Calypso Radio 101.8 u lill-isponsors kollha tal-offerti ġenerużi.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.