Arkivji tal-Kategorija: Uncategorized @mt

Is-“Sagħtar” se jerġa’ jibda joħroġ dalwaqt!

Ilna nistennewh u fl-aħħar wasal! Kif tħabbar diġà fuq il-mezzi tax-xandir, is-Sagħtar qed jerġa’ jkun ippubblikat. L-ewwel ħarġa għandha tkun f’idejk f’dawn il-ġranet, u jibqa’ joħroġ kull xahar matul is-sena skolastika sa Mejju 2021. Did-darba se jkun magażin diġitali, li tista’ taqrah meta trid minn fuq kompjuter, mobile jew tablet, u se jinkludi materjal varjat, […]

L-edizzjonijiet passati u siltiet moqrija mis-“Sagħtar” imtellgħin f’dan is-sit

F’dan is-sit issib skennjati l-edizzjonijiet passati kollha tar-rivista Sagħtar mill-1971 sal-2015! Biex taċċessahom mur fuq Żona tal-Membri u mil-lista li tidher, agħżel id-deċennju li trid u agħfas fuqu biex imbagħad tagħżel l-edizzjoni li trid. Mill-istess lista tista’ tagħfas ukoll fuq Siltiet mis-“Sagħtar” biex tisma’ xi silta minn xi edizzjoni passata tinqara. Il-qari u s-smigħ it-tajjeb!

Titnieda Fondazzjoni Sagħtar

3 ta’ Ġunju 2020 – Il-Malta Union of Teachers nediet fi ħdanha l-Fondazzjoni Sagħtar. L-għan ta’ din il-Fondazzjoni hu li permezz tagħha l-MUT taqdi l-irwol doppju tagħha, bħala entità trejdjunjonistika u professjonali. Il-Fondazzjoni se taħdem biex tissaħħaħ il-professjoni edukattiva billi toffri taħriġ u materjal edukattiv lill-edukaturi u l-istudenti, torganizza korsijiet u lekċers minn żmien għal […]

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.