Sagħtar 2026-2027

Fondazzjoni Sagħtar qed tniedi l-ħarġiet li jmiss tas-Sagħtar, il-magazin popolari Malti, għas-sena skolastika 2026-2027! It-8 ħarġiet ikunu ppubblikati bejn Ottubru 2026 u Mejju 2027. Il-magażin hu magħmul minn 56 paġna mimlijin artikli, stejjer, poeżiji, logħob u kompetizzjonijiet interessanti bi premjijiet mill-isbaħ!

Dawk li jixtiequ jabbonaw għandhom 2 għażliet:

a. li jirċevuh bil-posta f’indirizz magħżul
Għal din l-għażla l-prezz hu mraħħas għal €25 minn €30 sat-30 ta’ Settembru 2026.
Il-ħarġiet jintbagħtu bil-posta kull xahar.
Il-posta hi b’xejn għal Malta u Għawdex.

b. li jkunu parti minn skola/grupp u jitwasslilhom f’indirizz wieħed
L-iskejjel u l-gruppi jistgħu jgawdu l-offerta 10+ meta jabbonaw għas-sena skolastika kollha.
L-offerta tapplika għal 10 abbonamenti jew aktar fi skola jew grupp.
– Kull abbonament jiswa €25 minflok €30.
– L-iskejjel jingħataw kopja b’xejn għal-librerija.
– Il-kotba jitwasslu b’xejn l-iskola jew f’indirizz wieħed għal kull ordni f’Malta jew Għawdex.

Grazzi tas-sostenn tagħkom.

Abbona issa!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.