Sagħtarin 2026-2027

Fondazzjoni Sagħtar qed tniedi l-ħarġiet li jmiss ta’ Sagħtarin, il-ktieb tal-attivitajiet għas-snin bikrin, għas-sena skolastika 2026-2027! L-4 ħarġiet ikunu ppubblikati f’Novembru 2026 u f’Jannar, Marzu u Mejju 2027. Il-ktieb hu magħmul minn 32 paġna mimlijin attivitajiet u gost, inklużi l-istickers!

Dawk li jixtiequ jabbonaw għandhom 2 għażliet:

a. li jirċevuh bil-posta f’indirizz magħżul
Għal din l-għażla l-prezz hu mraħħas għal €13 minn €15 sat-30 ta’ Settembru 2026.
Il-ħarġiet jintbagħtu bil-posta hekk kif jiġu ppubblikati.
Il-posta hi b’xejn għal Malta u Għawdex.

b. li jkunu parti minn skola/grupp u jitwasslilhom f’indirizz wieħed
L-iskejjel u l-gruppi jistgħu jgawdu l-offerta 10+ meta jabbonaw għas-sena skolastika kollha.
L-offerta tapplika għal 10 abbonamenti jew aktar fi skola jew grupp.
– Kull abbonament jiswa €13 minflok €15.
– L-iskejjel jingħataw kopja b’xejn għal-librerija.
– Il-kotba jitwasslu b’xejn l-iskola jew f’indirizz wieħed għal kull ordni f’Malta jew Għawdex.

Grazzi tas-sostenn tagħkom.

Abbona issa!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.