Ħarġa 14 ta’ Sagħtarin tibni fuq ta’ qabilha u hi mimlija attivitajiet eċitanti, mimlijin gost u edukattivi, ideali għall-istudenti tas-Snin Bikrin. Dawn l-attivitajiet jinkludu t-tpinġija, qari sempliċi, poeżiji u taqbiliet, u numru ta’ logħbiet.
Din is-sena, mill-ġdid, il-ktieb tal-attivitajiet hu magħmul minn 32 paġna u jinkludi l-istickers x’jitwaħħlu, li jfissru iktar divertiment!
Ħudu gost!



Sagħtarin - Ħarġa 14 (Novembru 2026) 