Beda s-Sagħtar tal-2026-2027!
Is-Sagħtar, li ilu iktar minn 55 sena jiġri fl-idejn tat-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti Maltin, u jinqara b’tant imħabba u aspettattiva, qed jerġa’ jkun ippubblikat matul is-sena skolastika li għadha kif bdiet.
Din hija l-ewwel ħarġa ta’ din is-sena – Ottubru 2026 – mimlija informazzjoni interessanti, stejjer eċitanti, logħob mimli gost u kompetizzjonijiet bi premjijiet sbieħ.
Mela ħudu gost, tgħallmu u ddevertu, għeżież qarrejja!



