Sagħtarin 2025-2026 – skejjel/gruppi – Offerta 10+

Fondazzjoni Sagħtar qed tagħmel l-Offerta 10+, ideali għall-iskejjel u gruppi oħra, mill-ġdid għas-sena skolastika li ġejja! Għal darba oħra se tkun qed tippubblika serje ta’ 4 edizzjonijiet matul l-2025-2026 – f’Novembru 2025 u f’Jannar, Marzu u Mejju 2026. U din is-sena l-ħarġiet se jkun fihom iktar paġni mimlijin attivitajiet!

Bħas-snin ta’ qabel, l-iskejjel u l-gruppi se jkunu jistgħu jgawdu l-offerta jekk ikun hemm għaxar abbonamenti jew aktar fi skola jew grupp.

Permezz tal-offerta:
– kull abbonament jiswa €13 minflok €15
– l-iskejjel jingħataw kopja b’xejn għal-librerija
– il-kotba jitwasslu b’xejn l-iskola jew f’indirizz wieħed għal kull ordni f’Malta jew Għawdex.

Grazzi tas-sostenn tagħkom!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.