Bi pjaċir inħabbru pubblikazzjoni ġdida ta’ Fondazzjoni Sagħtar, imsejħa Superadult – Manwal għall-Kbar.
Il-pubblikazzjoni tnediet fil-11 ta’ Marzu 2024 fil-Kulleġġ San Injazju, l-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ, fil-preżenza tal-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli u l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isports, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.
Il-pubblikazzjoni hi ġabra ta’ pariri siewja dwar x’għandek tagħmel biex issir adult tajjeb, jew kif qed insejħulu, Superadult! Dan il-manwal se jitqassam b’xejn lil kull tifla u tifel fil-ħames sena fl-iskejjel primarji tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti, grazzi għal fondi miksuba mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.
Tista’ taċċessa dan il-ktejjeb minn hawn.