It-tieni ħarġa ta’ “Sagħtarin” magħna!

Smajtha din? It-tieni ħarġa ta’ Sagħtarin magħna! 🙂

Sagħtarin huwa ktieb tal-attivitajiet bil-Malti, maħsub għall-istudenti tas-snin bikrin, mimli attivitajiet, logħob, gost, tpinġija u attivitajiet edukattivi għat-tfal iż-żgħar. Din hija l-ewwel ħarġa ta’ din is-sena skolastika, minn serje ta’ erbgħa sa Mejju li ġej.

Din il-ħarġa ta’ Sagħtarin qed tinbiegħ stampata għall-prezz ta’ €4.50. Abbonament sħiħ (4 ħarġiet) jista’ jinxtara għal €15 jew anki għal €13 biss jekk tabbona bħala parti mill-grupp tal-iskola. Aktar informazzjoni fis-sit saghtar.org.mt/hanut.

Ħu gost!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.