Sagħtar 378 – Sajf 2023

Hawn hu s-Sagħtar tas-sajf!
Is-sajf qiegħed fuq l-għatba u hawn hi t-tmien ħarġa ta’ din is-sena skolastika! Issibu ċajt u ħaġa moħġaġa, poeżiji, stejjer, informazzjoni u kurżitajiet, il-paġna “Stilel” dwar Gianluca Bezzina (rebbieħ ta’ Mużika Mużika), artikli dwar l-Assedju l-Kbir u l-Pjaneta Ġove, u rekord ta’ 9 kompetizzjonijiet bi premjijiet sbieħ!
U hemm ir-raba’ mudell ta’ XJEN-TEK: “Ix-Xemx u r-Riħ”, li jista’ jintrama b’żewġ modi: bħala arloġġ tax-xemx jew biex juri d-direzzjoni tar-riħ. Segwu l-vidjow fl-app tas-Sagħtar (mill-Google Play jew l-App Store), armawh u żejnuh u ibagħtulna ritratt jew vidjow. Ma ndumux ma nħabbru rebbieħ/a minn dawk li jipparteċipaw sat-30 ta’ Ġunju. Awguri!
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.