Sagħtar 377 – April 2023

Wasal is-Sagħtar t’April!
Din hija s-seba’ edizzjoni mit-tmienja ta’ din is-sena skolastika. L-artikli u l-istejjer huma varjati bħal dejjem. Tistgħu taqraw dwar l-Għid u tradizzjonijiet ta’ dan iż-żmien, plejers famużi, il-grupp The Busker li se jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision, aktar dwar l-armar tal-festi, ċajt u ħaġa moħġaġa, poeżiji u ħafna iktar. Reġa’ għandkom ukoll 8 kompetizzjonijiet bi premjijiet sbieħ.
Min ordna s-Sagħtar stampat se jasallu wkoll it-tielet mudell ta’ XJEN-TEK: “Iż-Żeppellin ta’ Xjen-Tek”. Segwu l-vidjow dwaru fl-app tas-Sagħtar, li tniżżluha b’xejn mill-Google Play jew l-App Store. Armawh u żejnuh kif tixtiequ u ibagħtulna ritratt ħalli tidħlu biċ-ċans li tirbħu premju fl-aħħar tas-sena skolastika.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.