Il-Milied reġa’ magħna, u miegħu waslet ukoll l-edizzjoni tar-rivista Sagħtar ta’ Diċembru! Bħal dejjem issibu fiha numru ta’ stejjer interessanti, kurżitajiet, artikli informattivi, kompetizzjonijiet, logħob u paġni sbieħ u kkuluriti, ħafna minnhom relatati mal-Milied u l-festi ta’ dawn il-jiem, iżda mhux biss… Idħlu arawh minn saghtar.org.mt jew ixtruh stampat mill-paġna tal-ħanut fl-istess sit (minn HAWN).
Nawgurawlkom il-Milied it-tajjeb u sena ġdida mimlija risq u barka… u ħafna qari tajjeb! Awguri!