Is-“Sagħtar” se jerġa’ jibda joħroġ dalwaqt!

Ilna nistennewh u fl-aħħar wasal! Kif tħabbar diġà fuq il-mezzi tax-xandir, is-Sagħtar qed jerġa’ jkun ippubblikat. L-ewwel ħarġa għandha tkun f’idejk f’dawn il-ġranet, u jibqa’ joħroġ kull xahar matul is-sena skolastika sa Mejju 2021. Did-darba se jkun magażin diġitali, li tista’ taqrah meta trid minn fuq kompjuter, mobile jew tablet, u se jinkludi materjal varjat, informattiv, divertenti u interattiv. Dis-sena s-Sagħtar hu mfassal għall-istudenti tal-aħħar snin tal-primarja, imma hu maħsub li ma ddumx ma tibda toħroġ verżjoni oħra għall-istudenti tas-sekondarja. Mela ħeġġeġ lil tal-familja u l-ħbieb biex jirreġistraw b’xejn f’dan is-sit (saghtar.org.mt), fejn se jittella’ l-magażin dalwaqt! Il-qari t-tajjeb!

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.