3 ta’ Ġunju 2020 – Il-Malta Union of Teachers nediet fi ħdanha l-Fondazzjoni Sagħtar. L-għan ta’ din il-Fondazzjoni hu li permezz tagħha l-MUT taqdi l-irwol doppju tagħha, bħala entità trejdjunjonistika u professjonali. Il-Fondazzjoni se taħdem biex tissaħħaħ il-professjoni edukattiva billi toffri taħriġ u materjal edukattiv lill-edukaturi u l-istudenti, torganizza korsijiet u lekċers minn żmien għal ieħor, u toħroġ pubblikazzjonijiet diversi għall-edukaturi u l-istudenti, ewlieni fosthom il-magażin popolari Sagħtar. It-tnedija tal-Fondazzjoni saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-MUT fil-Ħamrun u kien preseduta mill-Onor. Owen Bonnici, Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol. Iċ-Chairperson ta’ Fondazzjoni Sagħtar hija s-Sa Elaine Germani, li fil-preżent hija l-Viċi President Anzjan tal-MUT.