FS06-25 Id-diversità: Sfidi u opportunitajiet fil-kuntest edukattiv

Original price was: €50.00.Current price is: €40.00.

FS06-25 Id-diversità: Sfidi u opportunitajiet fil-kuntest edukattiv

Mogħti minn: Prof. Joanne Cassar, is-Sa Colette Farrugia Bennett

Deskrizzjoni tal-kors:
Il-kors jiffoka fuq ir-realtà tad-diversità u l-impatt tagħha fuq is-settur edukattiv. Hekk kif is-soċjetà Maltija ssir aktar multikulturali u realtajiet soċjali ġodda jevolvu jew jibdew jidhru b’mod aktar ċar fil-kuntest Malti, il-ħtieġa li nifhmu kif dan kollu jaffettwa l-edukazzjoni tal-istudenti hija kruċjali. Ibbażat fuq l-esperjenzi tal-edukaturi stess u fuq l-idea ta’ workshops interattivi, il-kors għandu l-għan li jevalwa u jidentifika prattiki tajbin u pożittivi u li jipprovdi wkoll taħriġ lill-edukaturi li qed jiffaċċjaw numru ta’ sfidi u opportunitajiet f’kuntest ta’ klassi diversa.

Il-post:
Is-sessjonijiet se jsiru f’dan l-indirizz:
MUT, 759, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun HMR1016

Id-dati u l-ħinijiet:
Nhar ta’ Tlieta mill-16.30 sas-18.00
29 t’April, 6 ta’ Mejju, 13 ta’ Mejju, 20 ta’ Mejju, 3 ta’ Ġunju

Dettalji oħra:
Il-kors se jingħata bl-Ingliż u bil-Malti skont il-bżonn.
Jingħata Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni
Maħsub għall-edukaturi kollha u għall-pubbliku inġenerali
Tingħata preferenza lil min jibbukkja l-ewwel
Il-kors jingħata jekk jintlaħaq il-minimu ta’ parteċipanti meħtieġa

In stock

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.