FS04-25 Il-mindfulness u l-benesseri tal-edukaturi

Original price was: €50.00.Current price is: €40.00.

FS04-25 Il-mindfulness u l-benesseri tal-edukaturi

Mogħti minn: Is-Sa Erica Muscat

Deskrizzjoni tla-kors:
Kors dwar kif l-edukaturi għandhom ikunu aktar konxji tal-ħtieġa li jieħdu ħsieb il-benesseri mentali u fiżiku tagħhom u jirċievu taħriġ dwar tekniki u ħiliet ta’ mindfulness biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tagħhom. Wieħed ma jistax jittama li jkun f’pożizzjoni li jgħin lil ħaddieħor jekk ma jkollux il-ħiliet personali biex jaffronta l-isfidi tal-ħajja, bil-pressjoni li tiġi mill-klassi, waqt li jitgħallem iżomm il-konfini li jsostnu l-benesseri ġenerali.

Il-post:
Is-sessjonijiet se jsiru f’dan l-indirizz:
MUT, 759, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun HMR1016

Id-dati u l-ħinijiet:
Nhar ta’ Ħamis mill-16.30 sas-18.00
8 ta’ Mejju, 15 ta’ Mejju, 22 ta’ Mejju, 29 ta’ Mejju, 12 ta’ Ġunju

Dettalji oħra:
Il-kors se jingħata bl-Ingliż
Jingħata Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni
Maħsub għall-edukaturi kollha u għall-pubbliku inġenerali
Tingħata preferenza lil min jibbukkja l-ewwel
Il-kors jingħata jekk jintlaħaq il-minimu ta’ parteċipanti meħtieġa

In stock

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.