Hawn hi l-aħħar edizzjoni tas-Sagħtar ta’ din is-sena (n. 362 – Sajf 2021)! Fiha nsiru nafu x’sar mill-ħwejjeġ ta’ ġol-armarju, naqraw dwar is-sigriet tas-senduq li sabu ż-żewġ kuġini fix-xelter tal-Ħamrun, nitgħallmu dwar il-missjoni li għaddejja fuq il-Pjaneta Mars u nieħdu gost b’diversi poeżiji u kitbiet oħrajn, ħafna minnhom relatati mas-sajf. Mela aċċessa s-Sagħtar minn saghtar.org.mt […]
Author Archives: communications
Bħala ringrazzjament għas-sapport, kull min xtara jew ser jixtri abbonament tas-Sagħtar 2020-2021 ser ikun qiegħed jingħata b’xejn ħarġa speċjali tas-Sagħtar f’għeluq il-50 sena! Din l-edizzjoni speċjali hija ċelebrazzjoni ta’ 50 sena tar-rivista u fiha 50 minn fost l-aħjar kontribuzzjonijiet matul is-snin. Din il-ħarġa ser tkun speċjali anki fl-ammont ta’ paġni, li ser ikunu ta’ 96 paġna lkoll […]
Wara s-suċċess tar-rivista popolari “Sagħtar” matul din is-sena skolastika, Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan il-Malta Union of Teachers tħabbar li qed tilqa’ materjal mingħand kittieba, illustraturi u edukaturi u kull min hu interessat li jikkontribwixxi b’xi mod f’din il-pubblikazzjoni għas-sena 2021-2022. Ir-rivista reġgħet bdiet tinħareġ f’Ottubru 2020 kull xahar sa Mejju ta’ din is-sena. Bdiet bil-format […]
Wasal is-Sagħtar ta’ April! Infakkrukom li minbarra l-verżjoni diġitali b’xejn tistgħu tixtru kopja stampata billi żżuru l-link t’hawn taħt. Fil-magażin issibu artikli interessanti, stejjer, poeżiji, logħob u kompetizzjonijiet sbieħ. Il-qari t-tajjeb! Verżjoni diġitali HAWN. Verżjoni stampata HAWN – min għandu abbonament diġà ser ikun qiegħed jirċevih fil-jiem li ġejjin.
Wasal is-Sagħtar ta’ Marzu! Issa minbarra l-verżjoni diġitali b’xejn tistgħu tixtru kopja stampata billi żżuru l-link t’hawn taħt. Fil-magażin issibu artikli interessanti, stejjer, poeżiji, logħob u kompetizzjonijiet sbieħ. Il-qari t-tajjeb! Verżjoni diġitali HAWN. Verżjoni stampata HAWN.
Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan l-MUT ħabbret li r-rivista Sagħtar issa tista’ tinxtara bħala rivista stampata mill-ħanut online li għadu kif tnieda mill-Fondazzjoni. Is-Sagħtar huwa sinonimu mal-qari tajjeb bil-Malti għat-tfal, u bħalma jaf kulħadd jinkludi varjetà kbira ta’ artikli, stejjer, poeżiji, logħob u kompetizzjonijiet edukattivi, informattivi u divertenti. Ir-rivista stampata għandha sservi sabiex tilħaq aktar tfal, […]
Is-Sagħtar ta’ Frar ħareġ ukoll! Idħol HAWN biex taqra l-artikli interessanti li fih, tilgħab il-logħob u tieħu sehem f’kompetizzjonijiet sbieħ. Il-qari t-tajjeb!
Bdejna sena ġdida u waslet l-ewwel ħarġa tas-Sagħtar tal-2021 (Għadd 358 – Jannar 2021)! Idħlu HAWN, irreġistraw darba biss u b’xejn u nawgurawlkom il-qari t-tajjeb u divertiment permezz tar-rivista.
Għadda xahar ieħor u t-tielet ħarġa ta’ Sagħtar (Diċembru 2020) waslet ukoll! Tarawha minn HAWN. Nawgurawlkom l-isbaħ xewqat għal żmien il-Milied… u l-qari t-tajjeb permezz ta’ Sagħtar!
Għadda xahar u wasalna għat-tieni ħarġa ta’ Sagħtar – dik ta’ Novembru 2020! Idħol HAWN biex taraha! Reġistrazzjoni b’xejn u ssibu wkoll il-ħarġiet ta’ qabel. Il-qari t-tajjeb!