It-tielet ħarġa ta’ Sagħtarin 2025-2026!

It-tielet ħarġa ta’ Sagħtarin għall-2025-2026 ħarġet!

Ħarġa 12 ta’ Sagħtarin hija t-tielet ktieb tal-attivitajiet għal din is-sena skolastika, u t-tieni waħda għall-2026. Din il-ħarġa wkoll tibni fuq ta’ qabilha u hi mimlija attivitajiet eċitanti u edukattivi, ideali għall-istudenti tas-Snin Bikrin, li jinkludu t-tpinġija, qari sempliċi, poeżiji u taqbiliet, u numru ta’ logħbiet.

Din is-sena l-ħarġiet kollha tal-ktieb tal-attivitajiet jinkludu 32 paġna (minflok 24 bħall-edizzjonijiet passati) u anki stickers x’jitwaħħlu, li jfissru iktar divertiment!

Ħudu gost!
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.