L-400 edizzjoni tas-Sagħtar – kompetizzjoni tal-qoxra

Fondazzjoni Sagħtar qed tistieden lill-istudenti kollha biex jieħdu sehem f’kompetizzjoni speċjali u storika. Qed infittxu l-isbaħ tpinġija  biex tintuża bhala l-qoxra tal-400 ħarġa tar-rivista Sagħtar, li se tiġi stampata f’Marzu li ġej.

Din hija opportunità unika biex it-tfal u l-adolexxenti jesprimu t-talenti kreattivi tagħhom u jaraw xogħolhom ippubblikat fir-rivista tant għal qalb il-Maltin.

Dettalji importanti:
  • Min jista’ jieħu sehem: Tfal u adolexxenti bejn it-3 snin u s-16-il sena.
  • Il-format: It-tpinġija trid tkun fuq karta A4 portrait.
  • Sottomissjoni: L-ewwel pass huwa li tintbagħat scan tad-disinn bl-email lil info@saghtar.org.mt.
  • Wirja: Peress li d-disinni kollha se jiġu esebiti waqt attività speċjali, nissuġġerixxu li d-disinn oriġinali jinżamm u jintbagħat bil-posta jew jitħalla fl-indirizzi ta’ Fondazzjoni Sagħtar. Dettalji hawn.
  • Id-data tal-għeluq: L-emails għandhom jintbagħtu sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Frar 2026.
This site uses cookies to offer you a better browsing experience. By browsing this website, you agree to our use of cookies.