Ħarġa 11 ta’ Sagħtarin hija t-tieni ktieb tal-attivitajiet għal din is-sena skolastika, u l-ewwel waħda għall-2026. Din il-ħarġa wkoll tibni fuq ta’ qabilha u hi mimlija attivitajiet eċitanti u edukattivi, ideali għall-istudenti tas-Snin Bikrin, li jinkludu t-tpinġija, qari sempliċi, poeżiji u taqbiliet, u numru ta’ logħbiet.
Din is-sena l-ħarġiet kollha tal-ktieb tal-attivitajiet jinkludu 32 paġna (minflok 24 bħall-edizzjonijiet passati) u anki stickers x’jitwaħħlu, li jfissru iktar divertiment!
Ħudu gost!



